Issir Il-Kommemorazzjoni Ta’ Jum Il-Vitorja Fil-Belt Valletta

Ilbieraħ 6 ta’ Settembru 2021, saret il-kommemorazzjoni ta’ Jum il-Vitorja fil-Belt Valletta quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbira maħdum mill-artist ċelebri Malti Antonio Sciortino.
Sar diskors mill-eks Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Myriam Spiteri Debono u wara tqiegħdu fjuri mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg u l-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech.