Jade Cini R-Rebbieħa Ta’ Miss Universe 2021

 Jade Cini R-Rebbieħa Ta’ Miss Universe 2021

Jade Cini, li r-rappreżentat il-Belt Valletta hija r-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Miss Universe Malta 2021 li sar Ilbieraħ filgħaxija.

Hija se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fis-70 edizzjoni tal-konkors internazzjonali ta’ sbuħija Miss Universe li se jkun qed isir fl-Iżrael fil-21 ta’ Diċembru.

Fit-tieni post klassifikat Michela Galea bħala Miss Mġarr waqt li fit-tielet post ikklassifikat Maxine Formosa bħala Miss St. Julians.

Dan il-konkors kien preżentat minn Ben Camille u kien mxandar fuq l-istazzjon Nazzjonali TVM.

Awguri!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com