“Jekk Irridu L-Bidla Rridu Naħdmu Għaliha” – Bernard Grech

 “Jekk Irridu L-Bidla Rridu Naħdmu Għaliha” – Bernard Grech

“Jekk irridu l-bidla, irridu naħdmu għaliha flimkien. Flimkien nistgħu nkunu kor ta’ bidla”, tenna l-Kap tal-Opożizzjoni u Kap tal-PN Bernard Grech f’intervista fuq Net FM u NET TV.

Saħaq li kull Malti u Għawdxi irid jersaq lejn il-Partit Nazzjonalista la darba jkun konvint li jista’ jagħti sehemu għall-pajjiż.

Fakkar kif il-politika ta’ Gvern Laburista poġġiet lil  Malta fuq il-‘grey list’.

Meta kien mistoqsi minn jerome Caruana Cilia dwar PN Greens u l-Bord tal-inġustizzji, Bernard Grech qal li b’PN Greens, il-Partit Nazzjonalista qed juri b’konvinzjoni li l-Ambjent hu importanti għalih. Tenna wkoll li dan il-grupp qed jagħti l-opportunità u spazju lil kulħadd, fejn diġà ġabar fi ħdanu Ambjentalisti li s’issa qatt ma kienu lesti jaħdmu mal-Partit Nazzjonalista.

Dwar il-Bord tal-Inġustizzji, Bernard Grech spjega li kontinwament, il-Partit Nazzjonalista qed jisma’ b’każi ġodda. Spjega li b’dan il-mod, il-Partit immexxi minnu qed jifhem aħjar l-uġigħ tal-poplu u, ladarba qed jirċievi wkoll każi li seħħew qabel l-2013, qed jara li l-apoloġija għal dawn in-nies trid issir bil-fatti.

Dr. Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-kwistjoni tal-Fake News, u qal li f’pajjiżna għandna wkoll Fake Government, li ta’ kuljum qed jordna lix-Xandir tal-Istat jgħawweġ il-fatti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com