Jitlef Il-Kontroll Tal-Mutur F’Inċident tat-Traffiku F’San Ġiljan
Ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Gorg Borg Olivier, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li Franċiż ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur NIU N1S li kien qiegħed isuq u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.