Jitlesta l-Proċess Ta’ Tilqim Tad-Doża Tal-Booster Fid-Djar Tal-Anzjani
Illum tlesta l-proċess ta’ tilqim tal-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-anzjani, kemm dawk li huma residenti f’San Vinċenz de Paul kif ukoll dawk fid-djar kollha tal-anzjani, kemm tal-Gvern, tal-Knisja u privat.
Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li wara li fis-6 ta’ Settembru 2021 bdiet tingħata d-doża tal-booster tal-vaċċin kontra l-COVID-19, il-proċess ta’ tilqim tar-residenti f’San Vinċenz de Paul tlesta l-ġimgħa li għaddiet, filwaqt li llum tlesta l-proċess fid-djar kollha tal-anzjani.
Dawk l-anzjani li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jieħdu d-doża tal-booster se tingħatalhom fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
Sadanittant qed jitlesta l-proċess biex fil-ġimgħat li ġejjin dawn ir-residenti jingħataw it-tilqima kontra l-influwenza.