John Bundy Ingħata Raġun Li Kien Tkeċċa Mill-PBS B’Mod Inġust Però Jonqos Il-Kumpens
Fil-Qorti tal-Appell ilbieraħ l-Eks CEO tal-PBS John Bundy ingħata raġun li kien tkeċċa mill-PBS mingħajr raġuni valida u ma ngħata l-ebda opportunità biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu.
Dan hekk kif fi Frar li għadda kien ingħata kumpens ta’ €226,488, madanakollu, ilbieraħ il-Qorti naqset dan il-kumpens għal €113,244, dan wara li l-Imħallef Lawrence Mintoff qal li Bundy ma setax jgħid li ma kienx jaf kif isiru l-proċeduri.
It-tkeċċija ta’ John Bundy mill-PBS kienet saret wara li kien kera numru ta’ vetturi li swew madwar €500,000 mingħajr ma kien ħareġ tender jew deċiżjoni mill-bord.
Fil-Qorti huwa kien qal li ma kienx jaf b’dawn il-proċeduri għaliex ħadd ma kien qallu.
Bundy qal li sar jaf bit-tkeċċija tiegħu minn fuq il-midja.
“Il-Qorti ssibha diffiċli ħafna biex temmen li ħadd mill-bord tad-diretturi ma kien konxju mill-proċess li tnieda għall-akkwist ta’ vetturi ġodda,” qal l-Imħallef Mintoff fid-deċiżjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, Bundy ma setax jinvoka li huwa priv tar-regolamenti tal-akkwist pubbliku.
Il-Qorti kienet nnutat ukoll li Bundy kien wera tħassib dwar il-mod kif il-PBS kienet qed tieħu ħsieb l-affarijiet finanzjarji tagħha mill-ewwel ġimgħat tiegħu bħala CEO. Dan wara li beda jitkellem fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kien hemm fil-PBS. Kien qal kif intefqu eluf ta’ flus f’ristorant wieħed u kif kienu intefqu flus fuq il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest fejn dawn ma kienu niżlu xejn tajjeb mal-uffiċjali tal-PBS. Huwa kien qal li b’dawk il-flus li l-kumpanija ma taqla’ xejn lura.
L-avukati Franco Galea, Marisa Vella u Christine Calleja dehru għall-PBS filwaqt li Bundy kien irrappreżentat mill-avukati Matthew Brincat u Lara Pace.
Lura fi Frar: