Jonqos €11 Miljun X’Jintefqu Bil-Vawċers – l-Użu Tagħhom Jiġi Estiż Sal-Aħħar Ta’ Ottubru
F’konferenza f’Għawdex il-Ministru għall-Ekonomija, investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri ħabbar li l-vawċers se jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw sal-aħħar ta’ Ottubru.
Din l-estensjoni fiż-żmien saret hekk kif 26% tal-vawċers għadhom ma ġewx użati, hekk kif dawn kellhom jintużaw sal-15 ta’ Settembru.
Minn statistika li ħarġet ntqal li sal-5 ta’ Settembru ġew msarrfa bi €33 miljun f’vawċers, jiġifieri 74% tal-vawċers. Minn dawn €30.6 miljun intefqu f’Malta u €2.4 miljun f’Għawdex.
Sal-lum 29,425 persuna għadhom ma ġabrux il-vawċers tagħhom, jiġifieri 9% ta’ dawk eliġibbli għalihom.