Kien Sfratta Ż-Żiemel U Għadda Minn Fuq Il-Kuċċier…
Bħal-lum 6 ta’ Settembru tal-1906 kien seħħ inċident fi triq Rudolfu f’ Tas-Sliema. Il-Kuċċier Carmelo Farrugia għall-ħabta tas-7pm niżel biex jixgħel il-lampa tal-karettun.
Iż-żiemel sfratta u għadda b’waħda mir-roti minn fuq il-kuċċier.
Farrugia prova jilħqu iżda ħassu ħażin.
Dawn huma anedotti mill-passat li jgħaddulna n-nies wara li jkunu anke kkonfermati b’kitbiet storiċi u antoloġiji.