L-Anzjani Jieħdu Sehem F’Sports Day Fil-Padiljun Tal-Università

 L-Anzjani Jieħdu Sehem F’Sports Day Fil-Padiljun Tal-Università

Numru ta’ anzjani li jattendu f’ċentri ta’ matul il-jum u oħrajn li huma residenti fi djar tal-anzjani, attendew Sports Day fil-Padiljun tal-Università, organizzata mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia żar il-Padiljun tal-Università biex jiltaqa’ mal-anzjani waqt li kienu qed jieħdu sehem f’dixxiplini differenti. Din l-attività hija fost waħda mill-kullana ta’ attivitajiet li jiġu organizzati biex l-anzjani jibqgħu kemm jista’ jkun attivi u f’saħħithom.

L-attivitajiet isiru minn kumpanija professjonali li hija ffukata f’dan il-qasam biex jiġi assigurat li l-logħob li jintgħażel ikun adattat għall-bżonnijiet ta’ kull anzjan u anzjana. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, l-attivitajiet tqassmu fi ġranet differenti matul din il-ġimgħa.

Il-Ministru Michael Farrugia qal dawn l-attivitajiet jinkoraġġixxu l-attività fiżika, l-interazzjoni ta’ bejn l-anzjani, u fuq kollox jinkoraġġixxu lill-individwu jibqa’ jgħix ħajja aktar sana.​​

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com