“Lil Binti Fil-Ħabs Kisruha F’Biċċiet…” – Missier Vittma Jitkellem Għall-Ewwel Darba

 “Lil Binti Fil-Ħabs Kisruha F’Biċċiet…” – Missier Vittma Jitkellem Għall-Ewwel Darba

Missier iż-żagħżugħa Kim Borg Nicolas ta’ 29 sena li neħħiet ħajjitha b’idejha f’Ġunju li għadda fil-Ħabs kiser is-silenzju hekk kif f’intervista mal-ġurnal Times of Malta tkellem dwar dak li sa issa ma kienx magħruf.

“Lil binti kisruha u ġennewha” qal Martin Borg Nicolas hekk kif spjega t-tip ta’ mġieba u bullying li kien isir fuq bintu mill-gwardjani, fejn mhux l-ewwel darba li kienet spiċċat fiċ-ċella ta’ iżolament fuq affarijiet żgħar bħal għax darba damet żewġ minuti aktar fix-shower. Anke għax kienet titkellem bl-Ingliż kienu jaqbdu magħha.

Missierha rrakkonta kif qatt ma kien informat li bintu kellha problemi ta’ saħħa mentali jew li pruvat tweġġa’ lilha nnifisha, però meta kienet fl-ITU wara l-aħħar attentat ta’ suwiċidju t-tabib tal-ħabs kien qalu li bintu kienet ġa pruvat tneħħi ħajjitha 4 darbiet oħra qabel.

“Dan huwa kontra dak li kienu jgħidu l-Awtoritajiet tal-Ħabs fejn kienu qalu li Kim qatt ma uriet li għanda f’moħħha li tagħmel suwiċidju. Sa jumejn qabel il-każ Kim kienet qatgħet il-polz b’mera mkissra,” qal Martin Borg Nicolas.

Kien is-16 ta’ Ġunju, 3 ġimgħat qabel kienet ħa tiskonta s-sentenza tagħha. Dak in-nhar qamet kmieni u talbet sigarett mingħand priġuniera oħra, il-gwardjani għaddew iż-żmien biha u ma għaddewliex is-sigarett. Kim bdiet twerżaq u bdiet tgħid li ħa tagħmel suwiċidju għaliex ma kienetx tiflaħ aktar. Ftit minuti wara Kim talbet lill-gwardjani biex ituha kutra u qalziet, li tawha…iktar tard jiftħu iċ-ċella u jsibu lil Kim bil-ħwejjeġ ta’ taħt biss, għaliex dak l-istess qalziet kienet użatu biex twettaq is-suwiċidju.

Kim għamlet 3 ġimgħat sakemm mietet, bil-funeral tagħha jsir fil-31 ta’Awwissu, propju fil-jum ta’ għeluq it-30 sena tagħha.

Missierha jirrakkonta li bintu kienet tifla mrobbija sew ħafna, sakemm meta kellha 17-il sena waqgħet għall-vizzju tad-droga. Kienet għamlet programm f’Għawdex u kienet reġgħet bdiet ħajja mingħajr droga sakemm ħames snin wara reġgħet waqgħet għad-droga.

Missierha jgħid li meta kienet il-ħabs kull darba li kienet iċempel kienet dejjem titlob skuża ta’ dak li għamlet lil missierha u tgħidlu li meta toħroġ ħa tpatti ta’ dak li għamlet. Missier Kim jgħid ukoll kemm kellha qalba tad-deheb hekk kif mhux l-ewwel darba titolbu xi ħwejjeġ għal priġunieri oħra li ma kellhomx.

Martin jgħid ukoll li Kim kienet talbet biex tingħata kura fl-Isptar Monte Karmeli, iżda din it-talba kienet injorata.

Meta kienet fil-ħabs Martin kien jgħid lill-mara tiegħu li jippreferi li Kim qeda f’ċella milli qeda f’tebut. “Sfortunatament spiċċat ħadet it-tnejn li huma,” qal Missier Kim b’qalbu maqsuma.

L-avukati tal-familja qalu li jridu li ssir ġustizzja ma Kim sabiex ma jkunx hemm aktar żgħażagħ li jiġrilhom l-istess.

Kull min għandu bżonn għajnuna għandu jagħmel kuntatt immedjatament ma’ Richomd Foundation fuq in-numru 1770. F’każ ta’ emerġenza ċemplu lil Mater Dei Hospital Crisis Intervention Service fuq 25453950.

Ritratt: Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com