Logos Ġodda Għall-TVM U TVMNEWS+ Minn Ottubru Li Ġej

Mill-iskeda li jmiss il-Public Broadcasting Services ħa tkun qed tibda tuża logos ġodda għall-TVM u TVMNEWS+.
Dawn il-logos ġodda ġew varati lbieraħ wara li kienet saret kompetizzjoni pubblika fejn minn total ta’ 21 sottomissjoni li saru intgħażlu dawn id-disinji mill-kumpanija beespoke.
Dan huwa parti mix-xogħol ta’ rebranding li qed isir fil-PBS, hekk kif minn Ottubru li ġej TVM ħa jkun stazzjon aktar iffukat fuq drama u programmi tal-familja kif ukoll l-istazzjon ġdid TVMNEWS+ ħa jkun aktar iffukat fuq aħbarijiet, dokumentarji u ġrajjiet kurrenti.
X’taħseb dwar dawn il-logos ġodda? Għoġbuk?