Manuel Delia Ħa Jkun Qed Jibbenefika Mill-Iskema ECMPF
Wara dak li ħarġet ilbieraħ Caroline Muscat dwar Manuel Delia, dalgħodu Delia f’artiklu li kiteb bit-titlu ‘Perspective in Perspective’ fuq is-sit tiegħu ta’ spjegazzjoni ta’ dak li ħa jkun qed jagħmel.
“Qed nikteb biex nagħti stampa aktar ċara tal-fatti li wasluni biex nitlaq minn Malta għal ftit żmien,” hekk beda l-artiklu Manuel Delia dalgħodu fejn ta’ spjegazzjoni ta’ dak li ħarġet u kixfet Caroline Muscat.
Manuel Delia jgħid li huwa minnu li wara diversi theddid u intimidazzjoni fosthom isemmi li huwa attakk prinċipali tal-media tal-Partit Laburista fejn ipinġuh kważi kuljum li hu qed jiġbed l-ispaga tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Jgħid ukoll li kien vittma ta’ emails, messaġġ u telefonati anonimi b’theddid kif ukoll website spoofing. Jgħid ukoll li b’elezzjoni ġejja fil-qrib qed iħoss aktar tensjoni tiżdied b’partitarji Laburisti u Nazzjonalisti li jridu li jagħlqulu ħalqu.
Huwa qal li biex jikkalmaw l-affarijiet u jħossu aktar sigur aċċetta li japplika għal programm tal-Unjoni Ewropea ECMPF. Dan huwa programm ta’ 6 xhur li joffri residenza sigura b’xejn f’Leipzig il-Ġermanja lill-ġurnalisti li jkunu qed jaffaċjaw xi tip ta’ theddid jew intimidazzjoni sabiex jkunu jistgħu jkomplu b’xogħolhom. Dan il-programm jħallas ukoll €1,000 fix-xahar lill-ġurnalist, apparti taħriġ u opportunitajiet li wieħed jingħata waqt li jkun hemm.
Manuel Delia qal li Caroline Muscat pruvat tnaqqaslu r-reputazzjoni tiegħu, qal li anke “kieku ġie offrut li jaħdem ta’ dishwasher f’lukanda barra minn Malta ukoll kien jaċċettah. L-aqwa li kien ikollu opportunita li joħroġ mill-pajjiż għal ftit żmien,” jgħid Delia.
Ritratt: The Times UK