Manuel Delia Ħa Jkun Qed Jitlaq Minn Malta…Qed Ikun Mhedded

 Manuel Delia Ħa Jkun Qed Jitlaq Minn Malta…Qed Ikun Mhedded

F’rapporti li ħarġu lbieraħ filgħaxija u issa konfermata wkoll minn Manuel Delia stess fuq is-sit tiegħu, huwa ħa jkun qed jitlaq minn Malta minn ħabba raġuni ta’ sigurtà.

Manuel Delia qal li mhux deċiżjoni faċli li kellu jieħu però “jien irid nibqa’ nikteb u nagħmel xogħli, kieku nieqaf nikteb kif iriduni, nibqa’ Malta.” Huwa qal li ħa din id-deċiżjoni sakemm jerġgħu jikkalmaw l-affarijiet fil-pajjiż.

Manuel Delia jgħid li qed jirċievi telefonati b’theddid serju fuq ħajtu u fuq il-familja kważi kuljum filgħaxija “mingħand persuni li kienu involuti fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.” Delia jkompli jtenni li jrid jibqa’ jaħdem biex joħorġu aktar veritajiet però jrid jieħu ħsieb tal-familja tiegħu wkoll, b’hekk ħa din id-deċiżjoni li jkompli jaħdem minn pajjiż ieħor aktar sigur.

Fl-artiklu li kiteb fuq is-sit tiegħu qal li dan it-theddid mhux qed jirċivieħ hu biss iżda hemm aktar nies, fosthom attivisti, avukati, uffiċjali tal-Istat u aktar li jinsabu taħt pressjoni kbira. “Jien nista’ naħdem b’mod virtwali minn x’imkien ieħor, li huwa vantaġġ kbir, però dawn in-nies ma jistgħux,” jgħid Manuel Delia.

Fl-artiklu Manuel Delia jtemm jgħid, “So don’t worry about me. Worry about them. Stick together. Right now there are many cornered rats that are realising their hubris was unjustified. But they will go down. This too will pass. And I’m going to be back here as soon as I can. In the meantime, this blog goes on.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com