Mara Mejta F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Gżira

 Mara Mejta F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Gżira

Kmieni dalgħodu, mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn mutur Kymco, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għal xi s-2:15am, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza però ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com