Mara Ta’ 76 Sena Tweġġa’ F’Incident Tat-Traffiku F’Ħal Luqa
Mara ta’ 76 sena li kienet passiġġiera f’karozza weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ illum, għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Ġdida, Ħal Luqa.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 78 sena residenti Ħal Luqa tilef il-kontroll ta’ Toyota Passo u ħabat ma’ bollard. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 76 sena residenti Ħal Luqa.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.