Mara Ta’ 83 Sena B’Ġrieħi Serji Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza

Mara ta’ 83 sena ttajret minn karozza dalgħodu, f’Pjazza Anton De Paul, Paola.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi 10am, mara ta’ 83 sena residenti l-Isla sfat milquta minn Chevrolet Matiz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 74 sena li jirrisjedi Ħal Tarxien.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.