Mara Waqgħet Sular Waqt Li Kienet Qed Tnaddaf Id-Dar F’Ħaż-Żebbuġ
Mara ta’ 59 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qiegħda tnaddaf fid-dar.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:30am, ġo residenza fi Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.