Meta R-Residenti Tal-Imgieret Għamlu Protesta

Kien bħal-lum 16 ta’ Settembru tal-1900 meta residenti mill-isptar tax-xjuħ fl-Imgieret kienu għamlu protesta għax qalu li kienu qed jinżammu hemmhekk bilfors.
Il-pulizija kellhom jissejħu biex iżommu l-ordni. Ħamsa mir-residenti kienu tressqu l-qorti u weħlu tliet xhur ħabs u garanzija ta’ 80 lira sterlina li ma jagħmlux storbju fi żmien sena.
Ritratt: ilmiklem.com