Persuna Rrapurtata Nieqsa
Davide Busato ta’ 40 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa deher l-aħħar ilbieraħ, 17 ta’ Settembru, 2021, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), fl-inħawi ta’ Santa Venera u kien liebes flokk, xorts griż u żarbun sportiv. Davide huwa ta’ statura medja u għandu għajnejh kannella.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.