Qabad Sikkina U Beda Jfajjar Fuq In-Nies Ġo ‘Supermarket’

Il-Pulizija fi New Zealand sparaw u qatlu supporter tal-ISIS li weġġa’ minn tal-inqas 6 persuni f’supermarker f’dak li qed jitqies bħala attakk terroristiku.
Dan ġara llum il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru 2021 fis-subborg ta’ Auckland fi New Lynn.
Jidher li l-akkużat qabad sikkina mill-ħanut stess u beda jagħti biha lill-persuni li kienu qed jixtru għall-affari tagħhom sakemm inqatel mill-pulizija.
Jidher li l-akkużat kien qed jagħmel dan l-attakk b’mod individiwali. Tliet persuni minn 6 li sfaw feruti, jidhru li qegħdin f’kundizzjoni serja u gravi.
It-toroq tal-madwar bħalissa jinsabu magħluqin.
Ritratt: CNN