“Qed Inħawwlu 80,000 Siġra Ġdida Ma’ Dawk Eżistenti’ – Miexi Ġmielu X-Xogħol Fil-Park Nazzjonali
“Qed nikkonservaw l-ispazji mibnija fil-passat u noħolqu ftuħ ġdid madwar il-funtana eżistenti li qed nirranġaw. Hawn qed inħawwlu 80,000 siġra ġdida ma’ dak li kellna diġà.”
Hekk kiteb il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg dwar il-Park Nazzjonali Malti f’Ta’ Qali li qed isirlu tibdil konsiderevoli, jitkabbar u anke jissebbaħ biex jitgawda mill-pubbliku kollu.
“Se nibqgħu naħdmu sabiex nagħmlu l-ħolma ta’ ħafna Maltin u Għawdxin, li jkollna park nazzjonali, issir realtà”, temm il-Ministru Borg.