Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Sejba Ta’ 700 Gramma Droga U €27,000 Fi Flus Kontanti

 Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Sejba Ta’ 700 Gramma Droga U €27,000 Fi Flus Kontanti

Raġel ta’ 46 sena, residenti l-Belt Valletta ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga kokaina.

L-arrest seħħ wara li l-Pulizija waqqfu lir-raġel fi Triq Victor Denaro, l-Imsida, li malli nduna bil-preżenza tagħhom prova jaħrab u rema pakkett suspettuż. Minn analiżi preliminari, il-pakkett instab li kien fih diversi kapsoli b’sustanza suspettata droga kokaina li tammonta għal madwar 700 gramma.

Fuq ir-raġel instabu €13,000 fi flus kontanti u minn aktar tfittxijiet fir-residenza tiegħu instabu €14,000 oħra.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum akkużat b’pussess aggravat ta’ droga u ħasil ta’ flus, fost oħrajn.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com