Raġel Arrestat F’Malta Wara Li Kien Imfittex Mill-Awtoritajiet Amerikani Fuq Frodi Ta’ $50 Miljun

 Raġel Arrestat F’Malta Wara Li Kien Imfittex Mill-Awtoritajiet Amerikani Fuq Frodi Ta’ $50 Miljun

Investigazzjoni mill-Pulizija Maltija waslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 68 sena, li kien qed jiġi mfittex mill-Awtoritajiet Amerikani.

Frank Salvatore Rafaraci kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri b’rabta ma’ tixħim, assoċjazzjoni fuq frodi ta’ madwar $50 miljun lill-Gvern Amerikan u assoċjazzjoni ta’ ħasil ta’ flus.

Huwa wasal Malta lbieraħ u kien arrestat kmieni dalgħodu f’San Ġiljan wara ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet Maltin u Amerikani.

Huwa ser jitressaq il-Qorti llum stess quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace.

Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispetturi Robinson Mifsud u Omar Zammit mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com