Raġel Barrani Jaqa’ Sular U Nofs F’Sit Ta’ Kostruzzjoni

 Raġel Barrani Jaqa’ Sular U Nofs F’Sit Ta’ Kostruzzjoni

Raġel barrani li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs waqt li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30am, fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com