Raġel Bi Ġrieħi Serji Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

 Raġel Bi Ġrieħi Serji Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fil-Ħamrun

Raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, safa’ milqut minn karozza li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 27 sena li jirrisjedi l-Isla.

L-inċident seħħ dan il-lejl, għal xi l-kwarta ta’ filgħodu, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com