Raġel F’Qagħda Serja Wara Li Sab Ruħu F’Diffikultà Waqt Li Kien Qed Jogħdos Fiċ-Ċirkewwa
Raġel ta’ 62 sena mir-Renju Unit sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos.
L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tat-3:30pm, fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.
Ir-raġel li kien qed jogħdos ttella’ fuq l-art minn xi bugħaddasa oħra wara li sab ruħu f’diffikultà.
Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma, li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li kien f’qagħda serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.