Raġel Imfittex Mill-Pulizija Biex Jidher Fil-Qorti
F’messaġġ li ħarġet il-Pulizija ta’ Malta qalet li qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab raġel imfittex fuq ordni ta’ Maġistrat biex jidher il-Qorti.
Il-Pulizija qalet biex kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 5/2021.