Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza Fiż-Żejtun
Raġel ta’ 47 sena minn San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ illum, għal xi 9:20am, fi Triq Bugħarbiel, iż-Żejtun.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.