Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq E-Scooter Fil-Birgu

Kolumbjan ta’ 28 sena residenti il-Birgu weġġa’ gravi waqt li kien qiegħed isuq e-kick scooter u waqa’.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-4:00am, ġewwa il-Pjazza tal-Birgu.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.