Raġel Jinżamm Arrestat Wara Li Ġie Akkużat Bi Ħruq Ta’ Vettura

 Raġel Jinżamm Arrestat Wara Li Ġie Akkużat Bi Ħruq Ta’ Vettura

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, raġel ta’ 37 sena residenti l-Munxar, Għawdex.

Hu ġie akkużat li fl-1 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-2:30pm, irrenda ruħu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura kif ukoll fir-reat ta’ ħsara għat-terzi persuni.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kkommetta l-imsemmija reati waqt il-perjodu operattiv ta’ libertà kundizzjonata u li rrenda ruħu reċidiv.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u nżamm taħt arrest.

Huwa ġie mressaq quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com