Raġel Jitressaq Il-Qorti T’Għawdex Akkużat Li Volontarjament Ta’ Nar Vettura

 Raġel Jitressaq Il-Qorti T’Għawdex Akkużat Li Volontarjament Ta’ Nar Vettura

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Hu ġie akkużat li volontarjament ta’ nar vettura, għamel ħsara volontarja u li kien reċediv. Il-każ seħħ nhar l-1 ta’ Settembru 2021, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com