Raġel L-Isptar Wara Sparatura Fl-Iklin
Ftit tal-ħin ilu għada kemm daħlet l-informazzjoni li seħħet sparatura ġewwa l-Iklin.
Jidher li l-isparatura seħħet wara ħabta bejn żewġ vetturi, fejn jidher li l-aggressur segwa lir-raġel ieħor sakemm ħareġ mill-karozza u sparalu.
Il-vittma milqut ittieħed b’urġenza l-isptar, fuq il-post hemm diversi pulizija u membri tal-RIU.
Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.
Aktar informazzjoni dalwaqt.