Raġel Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum Fiż-Żejtun
Raġel ta’ 71 sena residenti il-Ħamrun, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9:00am, ġo residenza fi Triq id-Duluri, iż-Żejtun.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.