Raġel Ta’ 51 Sena Waqa’ Minn Fuq Sellum Waqt Li Kien Qiegħed Jaħdem

 Raġel Ta’ 51 Sena Waqa’ Minn Fuq Sellum Waqt Li Kien Qiegħed Jaħdem

Raġel ta’ 51 sena minn Ħal Qormi, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tad-8:50am, ġo residenza fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com