Raġel Ta’ 70 Sena Waqa’ Ġo Bir F’Għalqa F’Marsaxlokk

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-3pm, raġel ta’ 70 sena, miż-Żejtun waqa’ ġo bir f’għalqa fi Triq il-Beatu Bartolo Longo, Marsaxlokk.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post u assistew biex il-vittma jinħareġ minn ġol-bir, fejn wara ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.