“Sa Pistola Kien Hemm Min Kellu Fil-Ħabs Barra Mwies, Skieken U Armi Oħra…” – Simon Mercieca
F’dawn l-aħħar ġimgħat u anke xhur il-ħabs kien suġġett diskuss diversi drabi fejn anke smajna stejjer minn diversi eks priġunieri li rrakkontaw l-esperjenza tagħhom.
Dalgħodu fuq is-sit ta’ Simon Mercieca ġew żvelati ritratti ta’ armi li nstabu fiċ-ċelel tal-priġunieri kemm ilu Direttur tal-Ħabs is-Sur Alex Dalli.
Mercieca jgħid li Alex Dalli rnexxilu jeqred id-droga mill-ħabs fejn din waslet għal rabja kbira fost dawk li kienu jittraffikaw id-droga fil-ħabs. “Hemm min isostni li fil-ħabs is-suq tad-droga kien jammonta għal fuq minn €15-il miljun fis-sena.”
Apparti minn hekk Simon Mercieca jgħid li Dalli rnexxielu jeqred wkoll l-armi li kien hemm jiġru fil-ħabs.
“Hawn qed inġib żewġ ritratti, b’mod esklussiv, tal-armi li nġabru mingħand il-priġunieri fil-ħabs. Sa pistola kien hemm min kellu fil-ħabs barra mwies, skieken u armi oħra – kollha għall-użu tal-priġunieri.”
Simon Mercieca temm jgħid li dan kien ir-racket u l-mafia li s-Sur Alex Dalli qered mill-ħabs ta’ Kordin.
Ritratti: simonmercieca.com