Se Jitressaq Il-Qorti L-Kuntrattur Li Allegatament Ħalla Raġel Midrub Fuq Bankina F’Selmun

Fil-ħin li ġej il-Pulizija ħa tkun qed tressaq il-Qorti lil Glen Farrugia b’rabta mal-każ ta’ Jaiteh Lamin li tħalla fuq bankina f’Selmun wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa stess.
Glen Farrugia huwa wieħed miż-żewġ diretturi tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors.
Huwa se jkun qed jidher il-Qorti fil-11am, quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.