Se Jsir Lift Panoramiku Fejn Iz-Zuntier Tas-Santwarju U L-Belveder Tas-Sur
Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella ħabba li applikazzjoni li kienet sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, taħt l-iskema Aċċessibilta u Mobilita, ikkwalifikat u l-kunsill ingħata l-għotja ta €33,407.
“It-talba tal-Kunsill tinvolvi l-installazzjoni ta’ lift panoramiku bejn Triq l-Inkurunazzjoni fejn iz-zuntier tas-Santwarju, u l-Belveder tas-Sur li jiġi biswit il-Knisja Parrokkjali”, kiteb is-Sindku Vella fejn qal ukoll, li bħalissa għaddejjin proċeduri sabiex jinkisbu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti biex fix-xhur li ġejjin dan il-proġett ambizzjuż jsir realtà wkoll.