Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’Birkirkara

 Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku F’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi n-nofsiegħa, fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 29 residenti Birkirkara u Yamaha Virago misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com