Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

 Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

Raġel ta’ 59 sena minn Ħaż-Żabbar u raġel ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq dalgħodu għal xi 8:00am kienu involuti f’inċident tat-traffiku, fi Triq Dawret il-Gudja, Gudja.

L-inċident seħħ bejn mutur Honda, misjuq mir-raġel ta’ 59 sena, u vettura Nissan, misjuqa mir-raġel ta’ 26 sena.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com