Sophie Jirnexxielha Taqbad €12,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati

 Sophie Jirnexxielha Taqbad €12,000 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati

Id-Dwana ta’ Malta permezz ta’ Sophie rnexxielha t’irreaġixxi b’mod pożittiv għal passiġġier fi triqtu lejn Istanbul li kien qed iġorr €12,343 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Mistoqsi kemm kien qed iġorr flus, il-passiġġier wieġeb li kien qed iġorr madwar €3,000. Il-passiġġier mill-Libanu, ġie mfittex minn uffiċjali tad-Dwana u nstab li kien qed iġorr $2,530 fuqu, €4,085 f’basket li kien qed iġorr u €6,100 fil-bagalji tiegħu.

Il-passiġġier qabel li jħallas il-multa minflok jidher quddiem il-qorti.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com