Tifel Ta’ 3 Snin Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza F’San Pawl Il-Baħar

 Tifel Ta’ 3 Snin Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza F’San Pawl Il-Baħar

Tifel ta’ 3 snin mill-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar ukoll.

l-inċident seħħ is-Sibt 18 ta’ Settembru, għal xi 6pm, fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com