Tifla Ta’ 10 Snin Sofriet Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza
Tifla ta’ 10 snin sfat milquta minn karozza f’inċident li seħħ illum għal ħabta tad-9:30am fi Triq Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifla ta’ 10 snin sfat milquta minn karozza ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hi ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.