Titlef Il-Kont Ta’ Kemm Hemm Karozzi Mormija F’Qiegħ Il-Baħar – Jieħdu Għalihom Jekk Ngħidulhom Maħmuġin?

 Titlef Il-Kont Ta’ Kemm Hemm Karozzi Mormija F’Qiegħ Il-Baħar – Jieħdu Għalihom Jekk Ngħidulhom Maħmuġin?

Fuq Raniero’s Adventures itellgħu ritratt ta’ karozza li ttellgħet minn qiegħ il-baħar lura fuq l-art wara tindifa annwali li saret f’Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa.

Iġġib għajnejk wara widnejk anke meta tara l-kliem li kiteb: “Lost count of the amount of cars removed from South Quay, Cirkewwa, Mellieha.”

Imma possibbli? Aċċident, forsi spiċċat hemm wara li seraqha xi ħadd… ejja nagħtu l-benfiċċju tad-dubju. Imma possibbli?

Min jarmi bl-addoċċ u jarmi barra ma ħaqqux titlu isbaħ milli jissejjaħ ‘maħmuġ’. Qed ngħidu hekk mhux bi qżież jew differenz fl-opinjoni imma hija r-realtà. Barra hu dari wkoll. L-Ambjent huwa parti mid-dritt tiegħi u tiegħek! Għaliex?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com