Transport B’Xejn Offrut Mill-Ġdid Lill-Iskejjel Tal-Istat Lejn L-Esplora

 Transport B’Xejn Offrut Mill-Ġdid Lill-Iskejjel Tal-Istat Lejn L-Esplora

Wara li ġew imħabbra l-linji gwidi dwar il-COVID-19 għall-iskejjel mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Esplora għal sena oħra kkonferma li ħa jkun qed joffri ‘Trasport b’Xejn’ lejn u lura mill-Esplora lill-Iskejjel tal-Istat għal din is-sena skolastika li ġejja.

Iċ-Ċentru tax-Xjenza ħa jkun qed joffri mawra edukattiva u essenzjali li żżid il-valur fit-tagħlim tax-xjenza. Din l-inizjattiva se titkompla tiġi sostenuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED).

Ftit tal-ġranet ilu, Dr Frank Fabri, is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-MFED, żar l-Esplora, fejn flimkien maċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, iddiskutew il-preparazzjonijiet li huma mħejjija bħalissa għaċ-Ċentru tax-Xjenza sabiex jibda jerġa’ jilqa’ l-istudenti minn Ottubru 2021.

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza huwa mifrux fuq medda ta’ 22,000 metri kwardri u joffri attivitajiet varji li huma mfassla fuq il-kurrikulu nazzjonali. Il-Programm Edukattiv uffiċjali għall-(2021-2022) se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin.  Il-miżuri kollha tas-Saħħa u Sigurtà tal-COVID-19 se jiġu segwiti.

Għall-aktar informazzjoni u sabiex tibbenefika minn din l-iskema kkuntattja ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fuq [email protected]

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor