Trasport Pubbliku B’Xejn Nhar Il-Ġimgħa Li Ġej F’Għawdex

 Trasport Pubbliku B’Xejn Nhar Il-Ġimgħa Li Ġej F’Għawdex

Fl-okkażjoni tal-European Mobility Week, li tibda minn għadda u tibqa’ sejra sal-Erbgħa 22 ta’ Settembru, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru kull min juża t-trasport pubbliku f’Għawdex se jkun jista’ jagħmel dan mingħajr ħlas.

Dan tħabbar fi stqarrija fejn ntqal li din l-inizjattiva qed tkun organizzata minn Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta.

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali flimkien mal-Ministeru għal Għawdex qalu li l-għan tat-trasport pubbliku b’xejn huwa sabiex il-pubbliku jkun imħeġġeġ jagħmel aktar użu minn dan it-tip ta’ servizz minflok juża t-trasport privat tiegħu. Li tingħata prijorità lit-trasport pubbliku fuq dak privat iwassal biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet u t-tniġġis tal-ambjent.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor