Wara 160 Sena Maħkuma Mill-Ingliżi, Malta Saret Indipendenti

 Wara 160 Sena Maħkuma Mill-Ingliżi, Malta Saret Indipendenti

Kien bħal-lum, il-21 ta’ Settembru tal-1964 meta Malta saret pajjiż indipendenti fi ħdan il-Commonwealth wara rabta ta’ aktar minn 160 sena mar-Renju Unit.

Malta għażlet kostituzzjoni Monarkika u r-Reġina tar-Renju Unit bdiet tissejjaħ ir-Reġina ta’ Malta.

Iċ-Ċerimonja simbolika saret fl-Aren tal-Indipendenza fil-Furjana fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru meta niżlet il-Union Jack u telgħet il-Bandiera Maltija.

L-Għada, il-Prim Ministru Dott. Giorgio Borg Olivier ngħata l-Istrumenti tal-Indipendenza mid-Duka ta’ Edinburgh. Kienu ffirmati wkoll it-Trattati ta’ Difiża u t-Trattat ta’ Għajnuna Finanzjarja.

Fit-22 ta’ Settembru nfetħet sessjoni ġdida tal-Kamra tad-Deputati kif beda jissejjaħ il-Parlament Malti.

Fl-ewwel diskors tiegħu, il-Prim Ministru Borg Olivier qal li l-Indipendenza ma kinitx tfisser li Malta ma kienx għad fadlilha bżonn il-ħbieb u l-għajnuna. Iżda l-Maltin kellhom jaħdmu iebes biex juru lid-dinja li kien jixirqilhom tassew l-Indipendenza.

Awguri Malta.

Ritratt: CDE.News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com