Waslet L-Iskola…

Hekk kif tgħaddi l-festa tal-Madonna tal-Grazzja, l-istudenti jaħsbu biex jirritornaw lura l-iskola.
Din hija t-tielet sena skolastika li l-istudenti ser jesperjenzaw waqt il-pandemija.
Bħas-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu l-protokoll dwar il-ftuħ tal-iskejjel li ntlaqgħu mill-MUT.