Xewqa Tar-Residenti Ta’ San Ġwann Issir Realtà

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech permezz tal-mezzi soċjali tal-Kunsill Lokali ħabar li tlestiet statwa tal-Madonna ta’ Lourdes flimkien ma’ dik ta’ Santa Bernardetta li ħa tkun qed tiġi installata quddiem il-Kappella ta’ Santa Margerita, f’San Ġwann.
Dan ix-xogħol li sar mill-artist Josef Mizzi, wara li kien hemm xewqa mir-residenti li jkun hemm statwa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-lokal.
Is-Sindku Trevor Fenech irringrazzja lil Paul Borg li volontarjament ikkordina din l-ħidma biex iseħħ.
“Nkomplu naħdmu flimkien biex ikollna lokal sabiħ u magħqud,” temm jgħid Is-Sindku.