“X’Qed Jistennew L-Awtoritajiet?!…F’Triq L-Imdina Ħal Qormi Ma Tistax Taqsam” – Jerome Caruana Cilia

 “X’Qed Jistennew L-Awtoritajiet?!…F’Triq L-Imdina Ħal Qormi Ma Tistax Taqsam” – Jerome Caruana Cilia

Jerome Caruana Cilia kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u kandidat tal-PN permezz ta’ filmat fuq il-mezzi soċjali tiegħu qali li Triq l-Imdina f’Ħal Qormi saret impossibbli li wieħed jaqsam minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li jgħaddi minna.

Huwa qal li “ġranet ilu ngħatajna kelma mill-awtoritajiet li se terġa’ ssir zebra crossing fit-triq”, però kif ikkonferma Jerome stess fil-filmat din għadda ma saritx.

Huwa filwaqt li faħħar dan il-proġett li sar qal li din il-problema għanda tissolva malajr kemm jista’ jkun minħabba li ftit jiem oħra se terġa’ tibda l-iskola u ħafna tfal jaqsmu minn din it-triq biex jmorru l-iskola tal-Ħandaq. L-istess huma diversi residenti u persuni li jaħdmu fiż-żona industrijali tal-Ħandaq.

“X’qed jistennew l-awtoritajiet?!” temm jgħid Jerome Caruana Cilia filwaqt li qal li r-residenti Qriema jixirqilhom aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com